Phoebe Kannisto u s-sitt itfal tagħha, kollha subien, mill-Istati Uniti tawlu xagħarhom biex meta jitwal ftit mhux ħażin ikunu jistgħu jaqtgħuh u jagħtuh lil tfal li huma morda bil-kanċer biex minnu jsiru l-parrokki.
Is-sitt aħwa huma Andrea, li għandu għaxar snin, tewmin ta’ tmien snin Silas u Emerson, triplets ta’ ħames snin Herbie, Reed u Dexter u kif ukoll oħthom Marah Taylor ta’ sentejn.
Wara xhur ta’ paċenzja, it-Tnejn li għadda l-aħwa marru flimkien ma’ ommom għand ħanut tax-xagħar u tawh stil totalment differenti u li minn xagħrhom ħareġ 17-il pied tul ta’ xagħar.
Ix-xagħar wara ngħata lill-organizzazzjoni Children with Hair Loss fejn din tagħmel il-parrokki għal tfal li huma fil-bżonn.