Is-sidien tal-Gentlemen’s clubs jinsabu fl-għama dwar x’jista’ jsir legalment fil-clubs tagħhom u dan minħabba nuqqas ta’ liġi ċara li tirregola l-operat tagħhom.
Il-Pulizija s’issa aġixxiet bħal li kienu briedel li jagħtu pjaċiri sesswali. Waqt li l-briedel huma illegali, il-Gentlemans Club ma jistgħux jitqiesu bħala briedel għax ma jagħux servizz ta’ prostituzzjoni.
Isostnu li fil-ħwienet tagħhom jagħtu biss divertiment għall-irġiel b’nisa lebsin b’mod qasir li jagħmlu żifniet erotiċi magħrufa bħala lap jew table dancing.
Ronnie Axisa li jopera żewġ Gentlemen’s Club f’Malta sostna li dawn il-ħwienet għandhom jkunu regolati b’ligi cara, li fi kliemu għandha titfassal mill-aktar fis.
Huwa stqarr dan waqt intervista ma’ ‘Stat ta’ Fatt’, programm ġdid ta’ ġrajjiet kurrenti fuq ONE, meta mistoqsi x’inhu permess li jsir f’Gentlemen’s club f’Malta.
Axisa tenniet li “Naħseb li about time li l-affarijiet ikunu aktar mifruxin kif suppost, jekk hemm liġi li għandha toħroġ fuq il-gentlemans club about time li toħroġ – xejn xejn aħna nkunu nafu x’nistgħu nagħmlu fil-gentlemans club għax illum nafu l-ftit.”
Huwa żied jgħid li l-allegazzjonijiet li jsiru minn żmien għal żmien dwar il-Gentleman’s Club f’Malta, mhumiex ġusti. Fosthom li bejn l-erba’ ħitan tal-club ikun hemm il-prostituzzjoni. Allegazzjoni li Axisa stqarr li mhix veritiera.
Axisa tenniet tgħid li “Ma tistax taqbad u taqta’ kundanna li l-gentlemans club ikun hemm il-Prostituzzjoni. Jiena se nitkellem għal parti tiegħi ovvja. Jien għandi żewġ clubs, aħna għandna ċertu regoli u aħna nibagħtuhom lill-aġenti li jibagħtulna n-nies u ngħidulhom li fejn ikun hemm abbuż ta’ prostituzzjoni, jew drogi, jew jagħmlu xi ħaġa barra dawk jiġu immedjatament imkeċċija mill-post.”
Kompla jispjega li n-nisa li jaħdmu fil-clubs li huwa sid tagħhom, qegħdin jaħdmu f’pajjiżna volontarjament u qeghdin jingħataw il-protezzjoni neċessarja waqt li jkunu qegħdin fuq il-post tax-xogħol tagħhom permezz ta’ numru ta’ uffiċjali tas-sigurtà u anke persuna inkarigata mill-kmamar privati.
“Purtieri huma trasparenti, bid-dawl minn ġewwa – jekk xi ħadd mill-klijent jew ikun bid-drink jew jipprova japprofitta ruħu jew ikun jixtieq jagħmel xi ħaġa oltre milli suppost kellu jagħmel it-tfajla tgħajjat lill-persuna li jkun hemm in charge mal-private, hi tidħol mal-ewwel fuqha – tkellmu u jekk jibqà jkun aggressiv hi taqbad radio li jkollha fuqha u tgħajjat securities u manager biex jagħtuha l-ajjut”, temmet tgħid Axisa.
Dan u aktar se jiġi diskuss illejla fl-ewwel programm Stat ta’ Fatt fuq ONE HD fid-9:00 ta’ filgħaxija. Tmexxi d-diskussjoni, Paula Cauchi.