Il-belt medjavali tal-Imdina tissemma mal-aqwa bliet żgħar fl-Ewropa.
Dan ħareġ f’artiklu tas-sit cntraveler.com, li għażlet l-aqwa ħamsa u għoxrin belt żgħira fl-Ewropa.
Dwar il-belt is-siekta li għandha popolazzjoni ta’ inqas minn mitejn u ħamsin persuna, ġie spjegat li din il-belt fiċ-ċentru ta’ pajjiżna hija waħda ffortifikata.
Intqal kif il-kapitali antika hija eżempju straordinarju ta’ arkitettura Medjavali u taż-żmien Barokk.
Dan permezz tal-knejjes u l-palazzi li hemm madwar din il-belt, bħall-Katidral tal-Imdina.
Dan is-sit internazzjonali, magħruf ma’ kull min iħobb jivvjaġġa, qal li din il-belt hija popolari għall-kultura tal-pop, hekk kif fl-Imdina ġie ffilmjat l-ewwel staġun tas-serje televiżiv, Game of Thrones.
Is-sit cntraveler.com isemmi iżjed bliet żgħar fil-pajjiżi Ewropej, fosthom fl-Italja, fl-Awstrija u fil-Portugall.