Ftehim bejn il-Ministeru għall-edukazzjoni u Oracle Academy se jwassal sabiex l-istudenti kollha minn tmien snin ‘il fuq ikollhom sistema teknoloġika li se jitgħallmu fuqha, b’mod interattiv.
Is-sistema se tintuża għal skop ta’ tagħlim fl-iskejjel primarji u sekondarji, fl-MCAST u fl-Università.
Oracle Academy taħdem ma 15,000 istituzzjoni edukattiva differenti ġejjien minn 108 pajjiżi differenti, li minnhom jitgħallmu mas-sitt miljun u tlett mitt elf student madwar id-dinja.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo rringrazzja lil Oracle Academy talli b’din is-sistema se jibbenefikaw l-istudenti Maltin.