L-għodwa ta’ Santa Marija hija waħda mill-ħamest ijiem li l-Port Ħieles ma joperax iżda din is-sena kienet differenti hekk kif it-tekniċi involuti fil-qalba tas-sistema l-ġdida li biha jopera wkoll iċ-ċaqliq tal-kontejners ħadmu bla heda biex l-għada, il-Port Ħieles reġa’ beda jopera normali.
Stephen Calleja li spjega kif taħdem l-aħħar sistema l-ġdida saħaq magħna fuq il-vantaġġi li qed iġġib magħha din is-sistema Navis N4.