Fil-ġimgħat li għaddew, tlesta l-proġett ta’ dwal ġodda fit-triq tal-Baħrija, sabiex l-aċċess għal din il-lokalità u għar-residenti li jgħixu fiha jkompli jitjieb.
Is-sena li għaddiet sar xogħol infrastrutturali fittriq li twassal għall-Baħrija u nħoloq ukoll inkonvejent minħabba sejbiet storiċi li saru. Fil-fatt, il-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma u d-Dipartiment tasSovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ħadmu flimkien fuq il-proġett biex irresidenti tal-Baħrija ikollhom sistema tad-drenaġġ wara ħafna snin.
Il-proġett kien ħa ftit taż- żmien iktar milli mistenni hekk kif malli xogħlijiet waslu fl-aħħar 300 metru nstabu numru ta’ sejbiet storiċi. Anke jekk wieħed jifhem li dawn iridu jkunu priservati, il-Gvern, saħansitra l-Prim Ministru, kien tkellem dwar proġett ta’ kumpens.
U kien għalhekk li qabbad lill-Enemalta tagħmel dan ilproġett ta’ dwal. B’hekk, il-Gvern, permezz tal-kumpanija Enemalta plc, waħħal sistema ta’ 65 bozza fuq arbli ġodda, f ’medda ta’ triq twila kważi 2 kilometri, f ’din it-triq li qabel ftit li xejn kellha dawl fiha.
Il-ħaddiema ta’ Enemalta għaddew ħafna mill-cables minn taħt il-livell tat-triq sabiex jonqos ir-riskju ta’ ħsarat minħabba maltemp jew riħ qawwi. Permezz ta’ dan l-investiment ta’ madwar €100,000, kompliet tiżdied is-sigurtà u l-kumdità għarresidenti tal-Baħrija u dawk kollha li jsuqu jew jimxu f ’din it-triq matul il-lejl.
Is-sena li għaddiet, il-Gvern iffinanzja proġett simili fit-triq tal-Imtarfa. Bħalissa għaddej proġett ieħor fl-inħawi ta’ Ħal Farruġ. Mistenni wkoll li fiż-żmien li ġej jittieħdu aktar inizjattivi bħal dawn biex aktar toroq, li s’issa qatt ma kellhom sistemi ta’ lampi, jiddawlu u jsiru aktar sikuri.