It-tramm bla binarji hija sistema li ma tlaħħaqx mad-domanda u se tħalli n-nies l-art u ġiet skartata minn bosta pajjiżi, fosthom l-Awstralja.
Din hija waħda mill-konklużjonijiet ta’ rapport li sar fl-Awstralja dwar trackless tram bħal ma ġiet imwiegħda mill-Partit Nazzjonalista.
Ir-rapport maħruġ minn Auckland Light Rail Group spjega wkoll li t-trackless tram għandha tgħabbi fiha tmien persuni kull metru kwadru meta tkun mimlija.
Minkejja dan, il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li jdaħħal tlettax-il persuna kull metru kwadru. Dan ifisser, li fi spazju ekwivalenti għal parkeġġ ta’ karozza, Bernard Grech qed jippjana li jdaħħal aktar minn mija u ħamsin persuna.
Ir-rapport wera wkoll li din it-tramm, li hija twila tnejn u tletin metru u li tiżen wieħed u ħamsin tunnellata, ikollha bżonn minn tal-inqas ħmistax-il metru spazju biex tkun tista ddur.
It-tramm għandha bżonn ukoll minn tal-inqas spazju ta’ tliet metri u nofs fuq kull karreġjata biex tkun tista’ tgħaddi. Dan ifisser li tul ir-rotot proposti mill-Partit Nazzjonalista se jkollhom jitneħħew karreġjati eżistenti.
Ir-rapport ikkonkluda wkoll li l-piż tat-tramm jista’ jikkawża problemi fuq it-toroq li tgħaddi minnhom it-tramm. Xhieda ta’ dan huwa ritratt meħud minn wieħed mill-istazzjonijiet eżisitenti fiċ-Ċina.
Rapport ieħor dwar it-trackless tram għamel aċċenn fuq proġetti ta’ din l-infrastruttura li fallew wara ftit snin.
Fost dawn hemm il-każ ta’ Caen fi Franza fejn it-trackless tramm bdiet tiġi dikummissjonata wara li kienet miżgħuda bi problemi u ħsarat.
Fl-Istati Uniti, din it-teknoloġija wkoll kellha tiġi dikummisjonata minħabba li fis-sħana is-sensors li kienu ġew installati tul it-triq sofrew diversi ħsarat.
Problema oħra msemmija mill-esperti huwa l-fatt li bħalissa fis-suq hawn kumpanija waħda biss li qed tipproduċi dawn is-sistemi u li din għandha monopolju assolut.
Din il-kumpanija hija Ċiniża bl-isem ta’ CRRC.
Meta is-Sibt il-kandidat Nazzjonalista Toni Bezzina kien mistoqsi dwar dan kollu, viżibilment skomdu Toni Bezzina qam u telaq.
Meta kienu mistoqsija min għamel l-istudji dwar is-sistema kif ġiet proposta mill-Partit Nazzjonalista il-kandidat Nazzjonalista Frederick Aquilina sostna li l-istudju sar minn Toni Bezzina.
Aquilina qal, “Għalhekk irridu nieħdu din il-materja bis-serjetà. L-istudju li għamel il-perit Toni Bezzina hawnhekk”.