Il-Ministeru għall-Intern u s-Segretarjat Parlamentari Responsabbli mir-Riformi niedew politika ġdida li se tieħu post dik magħrufa bħala THPN, li daħlet fis-seħħ fl-2010.
Issa, perusni li għandhom il-benefiċċu ta’ protezzjoni bit-THPN mhux se jkunu obbligati jieħdu ċertifikat mill-Uffiċċu għall-Kummissarju tar-Refuġjati kull sena. Minglok, il-Politika l-ġdida li se ġġib l-isem ta’ SRA se tkun imħarsa minn Identity Malta, u persuni li bħalissa qed jibbenefikaw mit-THPN se jkunu jistgħu japplikaw għal permess ta’ residenza abbażi ta’ sentejn.
Dawn se jkunu approvati milll-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni tal-Pulizija. Minn din il-politika ġdida se jibbenefikaw ukoll persuni li m’għandhomx il-benefiċċju tal-protezzjoni u li ma jistgħux jintbagħtu lura pajjiżhom.
Il-politika hija maħsuba biex tindirizza migranti li ilhom jgħixu u jaħdmu Malta għal numru ta’ snin. Dan ma jfissirx li migranti li kienu mċaħħda mid-dritt għall-ażil se jkunu entitolati għal status regolari f’Malta, hekk kif il-Gvern se jkun qed iżomm il-pożizzjoni tiegħu li persuni li m’għandhomx bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali għandhom jirritornaw lura pajjiżhom.
Il-politika l-ġdida għandha l-għan li tnaqqas l-esklużjoni soċjali fost il-komunitajiet tal-migranti, u tagħraf l-impenn li dawn il-persuni jagħtu lejn is-soċjetajiet tagħna.
Din hija wkoll pass eqreb lejn l-implimentazzjoni ta’ diversi prinċipji mfassla fl-Istrateġija għall-Integrazzjoni tal-Migranti tal-2020.