Il-Bank of Valletta ħabbar sistema ġdida onlajn sabiex klijenti tal-bank ikunu jistgħu jibbukjaw appuntament minn qabel ma’ waħda mill-fergħat.
Is-sistema diġitali se toffri l-faklutà lill-klijenti li mill-kumdità ta’ darhom jiskedaw appuntament mingħajr ma’ jkollhom għalfejn iċemplu jew iżuru l-fergħa. Din is-sistema tiġa write riżultati pożittivi wara li ġiet ittestjata b’suċċess fil-fergħat tal-bank ta’ Birżebbuġa, ż-Żejtun u Marsaxlokk u għalhekk dalwaqt se jibda l-proċess sabiex tibda tintuża għall-fergħat kollha tal-BOV.
Kull min jixtieq jagħmel appuntament mal-fergħat ta’ Birżebbuġa, iż-Żejtun jew Marsaxlokk, jista’ jagħmel dan billi jaċċessa s-sit https://myappointment.bov.com. Il-fergħat l-oħra se jkunu introdotti f’din is-sistema fil-futur qrib. Għal tagħrif ieħor, il-klijenti jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Customer Service Centre fuq 21312020 jew billi jżuru s-sit www.bov.com.