Fl-isptar Mater Dei fl-aħħar jiem ġiet introdotta sistema elettronika ta’ fejn jinżammu l-apparat għall-operazzjonijiet. Din is-sistema se tkun qed iżżid fl-effiċjenza tal-isptar Mater Dei kif ukoll tiggarantixxi li ma jkunx hemm ħela.
“Permezz ta’ din is-sistema elettronika, Mater Dei se jkun qiegħed iħallas tal-apparat biss li jintuża u mhux kif konna nagħmlu qabel rridu nordnaw minn kollox anke apparat li ftit li xejn nużaw bil-possibiltà li wara d-data ta’ skadenza ma jkunx jista’ jintuża’ aktar ,” qal il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
L-ismart cabinets li issa qed jintużaw biex jiġu preparati l-għodod neċessarji għall-operazzjoni ġew provduti mill-aġenti stess tal-kumpanija li qed tforni l-apparat.
Bħalissa din is-sistema qed tintuża f’dawk li għandhom x’jaqsmu operazzjonijiet relattati ma’ ksur, iżda aktar ‘il quddiem, din is-sistema se tkompli tinfirex biex tkopri l-operazzjonijiet kollha.
“Permezz ta’ din is-sistema se tiżdied l-effiċjenza u s-sigurtà għal pazjenti, ,” qal il-Ministru Chris Fearne.