Jibda l-proċess biex is-sistema edukattiva f’pajjiżna taddotta sistema li tgħin studenti żgħar biex isaħħu l-ħiliet tagħhom fil-qari u fil-kitba. Programm edukattiv bl-isem ta’ Reading Recovery li permezz tiegħu l-għalliema jidentifikaw studenti li l-etá tagħhom tvarja bejn is-sitta u seba snin u li għandhom problemi ta’ letteratura bħal qari bażiku, fl-ewwel snin tal-iskola. Hekk kif, permezz tat-taħriġ li ser jingħataw, l-għalliema jidentifikaw lill dawn l-istudenti, dawn ser ikunu qed jingħataw lezzjonijiet individwali għal diversi ġimgħat li jwassalhom biex isaħħu l-ħiliet tagħhom fil-vjaġġ edukattiv.
Il-Kap tal-Iskola Primarja taż-Żurrieq qal li dan huwa pass importanti għall-istudenti tal-iskola u stqarr li din is-sistema ser isservi biex kull student isaħħaħ il-ħiliet letterarji tiegħu.