Ġie iffirmat ftehim bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali tas-Swieqi li se jkun qed jintroduċi proġett ġdid li jikkonsisti fl-installazzjoni ta’ sistema CCTV fil-lokalità tas-Swieqi. B’kollox se jkunu qed jiġu nstallati 22 kamera, fi Triq is-Swieqi, Triq il-Qasam u Triq is-sidra. Dan huma l-aktar tliet żoni fejn qed tiġi rrapportata kriminalità.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis, spjega li l-installazzjoni ta’ sistema ta’ CCTV fil-lokalità tas-Swieqi se jkun proġett pilota li se jwassal għal sistemi simili f’lokalitajiet oħra li jinsabu f’żoni turistiċi bl-oġġettiv ewlieni li r-residenti jkollhom sorveljanza kontinwa biex jiġi ndirizzat il-vandaliżmu fil-lokalità, tiżdied il-prevenzjoni tal-kriminalità u li jkun hemm aktar moniteraġġ.
Fl-indirizz tiegħu, l-Ministru Zammit Lewis elenka ukoll dwar numru ta’ proġetti varji fil-lokalità tas-Swieqi li mhux biss joffru aktar sigurtà, permezz ta’ l-installazzjoni ta’ CCTV kameras, iżda ukoll proġetti li jwasslu għal titjib fil-kwalità tal-ambjent urban u tisbiħ, b’invetiment totali ta’ €62,000.