L-ambaxxatur Malti għall-Greċja Joe Cuschieri qal li sa issa ma jidhirx li hemm Maltin fost is-60 ruħ li mietu kawża ta’ nirien qawwija ġewwa Attiki fil-Greċja.
Dawn in-nirien li tkebbsu kawża ta’ mewġa ta’ sħana kbira qed iħallu qerda totali kull fejn imissu u saħansitra li rapporti fil-media Griega qalu li nstabu familji sħaħ mejta, mgħannqin flimkien qalb il-ħerba li qed iħallu warajhom dawn in-nirien.
Irjieħ qawwija fiż-żona qed ikomplu ixerrdu n-nirien b’velocita liema bħalha u qed ipoġġu ħajjet il-mijiet ta’ pumiera minn madwar il-Greċja kollha f’periklu kbir.
Dan mhux l-uniku każ ta’ nirien kawża tas-sħana hekk kif bħalissa fl-Isvezja għaddejja ħidma sabiex tintefa parti minn foresta kbira li ħadet in-nar. Għal din il-ħidma ġie skartat il-mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili Ewropew sabiex jassistu aktar pajjiżi fosthom il-Polonja li pprovdew sebgħin vettura tat-tifi tan-nar flimkien mal-ekwipaġġ kif ukoll l-Italja li pprovdew żewġ ajruplani tat-tifi tan-nar.
Dwar il-Greċja l-Ambaxxatur Cuschieri nieda helpline fuq dawn in-numri:
Ambaxxata: 0030 2107785138
Emergency Mobile: 0030 6945626075
Email: joseph.cuschieri@gov.mt