S’issa m’hemmx rapporti ta’ Maltin li nqabdu fit-terremot li laqat l-Italja fl-aħħar sigħat.
Madanakollu l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin talab lil Maltin kollha li jgħixu jew bħalissa jinsabu l-Italja, li jista jkollhom bżonn għajnuna, jagħmlu kuntat mal-Ambaxxata Maltija fuq +39 348 241 2437 jew mall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fuq +356 21242191 jew b’ email lil crisis.mfa@gov.mt.
Il-Ministeru fakkar li z-zona milquta hija popolari ferm mat-turisti f’dan iż-żmien tas-sena, u għalhekk qraba Maltin qed ikunu mitluba jagħmlu kuntatt.