F’wieħed mill-bosta messaġġi li qed jaqsam mas-segwaċi tiegħu fuq Twitter, l-attur ta’ fama mondjali Russell Crowe, tkellem dwar l-imħabba li għandu lejn Malta.
Dan hekk kif hu bħalissa jinsab fuq żjara Malta għall-ġbid ta’ xi xeni ta’ film ġdid li se jkun qed jieħu sehem fih.
Fi tweet hu qal kif sar iħobb lil Malta lura fl-1999. Dan hekk kif proprju dak iż-żmien hu kien jinsab Malta fuq xogħol għall-film Gladiator.
Fil-messaġġ li kiteb qal kif waqt iż-żjara tiegħu qed jiġi mfakkar kull darba għalfejn sar iħobb lil dan il-pajjiż – fejn sejjaħ lil Malta bħala post affaxxinanti.