Yasmin Assaf, Sirjana ta’ 19-il sena u omm ta’ żewġ ulied, ammettiet li bidlet il-karta tar-residenza mingħajr awtorizazzjoni u ngħatat sentenza sospiża ta’ sitt xhur ħabs.
L-Avukat difensur stqarr fil-Qorti li Assaf għamlet dan biex terġa tingħaqad maż-żewġ uliedha, li nġiebu Malta minn missierhom meta ħarab il-kunflitt fis-Sirja.
Kien spjegat kif sabet diffikulta tikseb visa u ppruvat issib mod ieħor kif tista tiġi Malta u titlob l-ażil. Il-Qorti qalet li f’dawn il-każi normalment tkun ħarxa, iżda fil-każ ta’ Yasmin Assaf ma kienx ideali li din tintbagħat il-ħabs minkejja li nstabet ħatja.
Għalhekk ingħatat sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiża għal sentejn, u qalet li mal-inqas offiża tinbtagħat mal-ewwel il-ħabs.