Sirjan ta’ tlieta u għoxrin sena baqa’ jinżamm arrestat wara li kien involut fi ġlieda ma’ żewġ Sirjani oħra.
Waqt din il-ġlieda sofra minn daqqa ta’ sikkina f’sidru u disa’ punti f’rasu, wara li allegatament qala’ xeba ta’ kanna.
Iż-żewġ Sirjani l-oħra marru l-għassa jirrappurtaw li sofrew xi ġrieħi u ġew arrestati t-tlieta li huma.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-imputat għamel kuntatt ma’ min għamel ir-rapport u qalilhom li jekk isibhom, itaqqabhom b’sikkina.
L-imputat, li għandu reati simili fil-fedina penali tiegħu, għaffeġ il-mandat tal-arrest u qal li se joqtol lill-Pulizija jew lilu nnifsu.
It-talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda minħabba l-kondotta tal-akkużat.