Sirjan ta’ wieħed u għoxrin sena weħel sitt xhur ħabs wara li ammetta li ġie Malta b’karta tal-identità ta’ persuna oħra.
Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Lara Butters, spjegat li malli wasal mill-Greċja nqabad b’karta ta’ persuna mill-Belġju.
Huwa ġie mixli wkoll talli ta informazzjoni falza lill-Uffiċjali Prinċipali tal-Immigrazzjoni.
L-Avukat li deher għall-imputat qal li ż-żagħżugħ xtara l-kartà tal-identità għal €7,000 biex imur il-Ġermanja fejn għandu xi qraba.