Sirjan ta’ 38 sena baqa’ arrestat wara li fil-Qorti ammetta li kkaġuna feriti gravi fuq Sirjan ieħor wara li ta daqqiet bil-martell.
Il-każ ġara s-Sibt wara nofsinhar meta f’Raħal Ġdid l-akkużat Muhammad Al Hussein u l-vittma Yazan Harmoush tlewwmu fuq ħlasijiet b’rabta ma’ xogħol ta’ kostruzzjoni.
Kien hawn li l-akkużat bl-iskop li jbeżża’, ħebb għall-vittma.
Huwa ta daqqiet bil-martell fuq ras il-vittma u kisirlu xi swaba’ ta’ idejh.
Nhar il-Erbgħa mistennija tinqata’ s-sentenza wara li se jixhed il-vittma.