Sirjan ta’ 26 sena intgħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospizi għal sentejn wara li nstab b’karta tal-identità Taljana falza.
Farhoud Hassan, residenti l-Greċja ġie arrestat il-bieraħ.
Huwa wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u qal li kellu l-ħsieb li jitlaq minn Malta.
Il-Maġistrat Franceso Depasquale qal lil qorti li jekk ma jitlaqx minn Malta, se jerġa jitressaq il-qorti.