Mahmoud Alkamrawi, Sirjan ta’ 28 sena mill-Gżira ġie multat €350.
Dan wara li nstab ħati li fi Frar saq karozza ta’ tip Honda Accord b’mod traskurat fil-Marsa. Dan fl-istess waqt li saq mingħajr liċenzja.
Il-Qorti kienet prreseduta mill-Maġistrat Victor Axiak.
L-imputat ġie mixli wkoll li fit-23 ta’ Frar, fi Triq is-Salib fil-Marsa filgħaxija saq mingħajr ma’ kien kopert ta’ assigurazzjoni u li qabeż il-limitu tal- veloċità, fost akkużi oħra. L-imputat ma nstabx ħati ta’ dawn l-akkużi
Huwa ġie wkoll skwalifikat minn liċenzja tas-sewqan għal 16-il jum.
F’każ ieħor separat huwa ġie mmultat €2,400. Dan wara li hu nstab ħati li inqabad isuq bla polza ta’ assigurazzjoni fi Triq l-Iskola, il-Ħamrun fl-28 ta’ Jannar li għadda
L-ispettur Nicholas Vella mexxa il-prosekuzzjoni fiż-żewġ każijiet.