Sirjan ta’ tnejn u għoxrin sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar ħames sulari għoli għal ġo xaft fi blokka ta’ appartamenti.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar fi Triq Johnny Catania, fl-Imsida.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia ġie nfurmat bil-każ u ħatar inkjesta, u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.