Sirjan ta’ 50 sena li jgħix Malta se jitressaq il-Qorti llejla akkużat b’reati relatati mat-traffikar tal-persuni.
Dan wara li fl-aħħar jiem, il-Pulizija investigat id-dħul ta’ numru ta’ persuni f’pajjiżna b’mod illegali, u l-investigazzjonijiet wasslu biex jiġi identifikat u jitressaq il-Qorti l-imputat.
Il-kaz seħħ fil-bajja ta’ Dellimara bejn it-13 u I-14 ta’ Settembru. Wara li l-Pulizija ssejhu fuq il-post, l-investigazzjoni ffukat ukoll fuq min seta’ kkordina biex seħħ dan l-iżbark.
Ir-raġel se jitressaq il-Qorti Ilejla għall-ħabta tat-tmienja u kwart u mhux eskluż li jitressqu aktar persuni, hekk kif l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.