It-tim tan-Nisa tal-Water Polo ta’ Sirens rebaħ Knockout BOV tal-Water Polo tan-Nisa biex rebħu l-unuri kollha f’dan l-istaġun.
Sirens iffaċjaw lir-rivali Sliema fil-finali, bit-tim minn San Pawl il-Baħar ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 14-11 biex għollew l-aħħar unur tal-istaġun tan-nisa.
Sirens bdew b’saħħithom ħafna u ħadu vantaġġ fil-bidu tal-ewwel sessjoni ta’ 4-0 bi Sliema jippruvaw j[ibu l-iżbilanċ b’2 penalties minn Sara Centani bil-captain ta’ Sirens Denise Micallef tiskurja fl-aħħar sekonda biex tagħmel l-iskor 6-3. Sirens marru għall-bidla ta’ naħat b’vantaġġ ta’ 8-4 u amministraw il-vantaġġ tagħhom fit-tieni taqsima biex temmew it-tielet sessjoni 11-7 u għalqu l-logħba 14-11.
Sirens irċevew in-Knockout Trophy mingħand Ernest Agius, Chief Operations Officer fil-Bank of Valletta u Randolph Cauchi, Viċi President tal-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta, liema trofew żiedu mal-ASA Super Cup, il-BOV Winter League u t-trofew tal-BOV Summer Championship li rebħu dan l-istaġun.