It-Tim tal-Water polo tan-nisa ta’ Sirens ġew inkurunati champions tal-kampjonat BOV tal-water polo tax-xitwa.
Sirens żammew id-dominju assolut f’din il-kompetizzjoni fejn rebħu it-3 edizzjonijiet konsekuttivi minun tnieda an il-kampjonat fl-2022.
Sirens u Sliema bdew ir-raba’ u l-aħħar konfront dirett tal-istaġun b’25 punt kull wieħed. Sirens rebħu l-ewwel konfront, it-timijiet ġew draw fit-tieni konfront filwaqt li Sliema rebħu t-tielet logħba, biż-żewġ timijiet jirbħu l-logħob l-oħra kollha tagħhom matul dan il-kampjonat.
Sirens rebħu lil Sliema bl-iskor ta’ 8-7 fl-aħħar logħba tal-istaġun, li ntlagħbet fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera biex rebħu t-titlu.
Ernest Agius, Chief Operations Officer fil-Bank of Valletta u David Bonello, Viċi President tal- fl-Assoċjazzjoni tal-iSport Akkwatiku ta’ Malta ppreżentaw lil Sirens bit-Trofew tagħhom.