Bi 325 vot, il-Membru Parlamentari Laburista Ingliż u Deputat Speaker Sir Lindsay Hole, ġie elett bħala l-ispeaker il-ġdid tal-House of Commons, wara r-riżenja ta’ John Bercow f’Settembru li għadda.
Fl-ewwel kummenti tiegħu, wiegħed li se jkun Speaker newtrali u trasparenti. Qal li l-House of Commons se tinbidel, u se tinbidel għall-aħjar.
Biex ikun f’dan l-irwol, Sir Lindsay se jkollu jirriżenja mill-Partit Laburista.
Kienu seba’ kandidati fit-tiġrija biex jieħdu bost Bercow, iżda Sir Lindsay deher mill-ewwel li kien il-favorit.
Kif ġie elett, sellem il-memorja ta’ bintu Natalie li mietet fl-2017, u qal li n-nuqqas tagħha se jibqa’ jinħass dejjem.