Il-Mexxej tal-Partit Laburista Brittaniku Sir Keir Starmer inħatar uffiċjalment bħala l-Prim Ministru tar-Renju Unit.
Dan wara li Starmer iltaqa’ mar-Re Karlu III fil-Palazz ta’ Buckingham f’Londra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sir Keir Starmer sar Prim Ministru wara r-riżultat elettorali li kiseb il-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali tal-bieraħ.
Starmer huwa l-ewwel Prim Ministru Laburista f’erbatax-il sena u huwa s-seba’ Prim Ministru tal-Partit Laburista fl-istorja.