Sir Elton John, intlemaħ b’bastun fil-pubbliku għall-ewwel darba, hekk kif kien qed jingħata ”Order of the Companions of Honour” mill-Prinċep Karlu f’Windsor.
Din id-dehra tiegħu fil-pubbliku seħħet wara li kellu jipposponi il-farewell tiegħu, wara li weġġa’ ġenbejh f’waqa’ fis-sajf, li qal ħallietu f’uġiegħ konsiderevoli.
Minflok din is-sena fl-Ewropa, issa l-kantant ta’ 74 sena se jibda’ l-farewell tour tiegħu s-sena d-dieħla fl-Istati Uniti. Waqt li kien qed jitkellem wara ċ-ċerimonja f’Windsor, Sir Elton qal li kien qed ħerqan biex imur, minkejja li fiżikament ma kinx qed jidher mija fil-mija. Qal li kien pjuttost skantat meta qalulu li kien se jieħu l-premju u żied li dan kollu għamlu kburi ħafna li hu Brittaniku.