Ladies and Gentlemen huwa l-istem tal-album il-ġdid tal-grupp mużikali The Busker, li se jitnieda uffiċjalment llejla fit-teatru Orpheum fil-Gżira.
Il-grupp huwa magħmul minn erba’ ġuvintur ambizzjużi, li għal dawn l-aħħar snin saħħru s-semmiegħa tar-radju lokali, u taw spettaklu wara l-ieħor f’diversi okkażjonijiet.
one.com.mt tkellem mal-erba’ Buskers: Dario Genovese, Jean Paul Borg, David Grech, u Sean Meachen dwar l-album il-ġdid tagħhom, meta jiem ilu, kellna x-xorti nduqu ftit mill-ispettaklu li hemm f’din l-avventura l-ġdida għall-erba’ ġuvintur.
Il-grupp żagħżugħ spjega kif Ladies and Gentlemen huwa frott diversi sfidi li ddeċieda jegħleb biex joħroġ b’materjal aħjar minn qatt qabel.
“Konvinti li għamilna biċċa xogħol tajba. Dan huwa vjaġġ mużikali li jmiss ma’ ġeneri differenti ta’ mużika, u jisfida lis-semmiegħa tagħna jifhmu l-istorja u s-sentiment li hemm f’kull kanzunetta”, saħqu l-Buskers.
It-tnedija uffiċjali ta’ Ladies and Gentlemen se ssir illejla. Isimgħu minnha, ma tridux titilfuha!
Iżda, biex inħajrukom ftit aktar…