Permezz tar-rover tan-Nasa, instabet ġebla, li jista’ jkun fiha sinjali ta’ ħajja fuq Mars.
Din il-ġebla, li nstabet fuq il-pjaneta Mars, imlaqqma Ceyava Falls, wara kaskata popolari f’Arizona, tagħti ħjoel, li xi darba setgħet tkun esposta għal mikrobi li għexu biljuni ta’ snin ilu.
Minkejja dan, għalissa, m’hemmx mod kif dan jiġi aċċertat.
Din il-ġebla tkejjel metru, b’ 60 ċentrimetru, u hija ħamtanija fil-lewn tagħha – b’vini bojod, aktar minn fejn kien għadda l-ilma.
L-ilma huwa wieħed mill-ingredjenti li huma neċessarji għall-ħajja, iżda dan mhux biss.
Aktar investigazzjonijiet ikunu jistgħu jsiru, ladarba dan ir-rover jinġieb lura fid-dinja.