“Għamilna xi ħaġa bla preċedent f’pajjiżna għaliex kellna qbil unanimu mill-Parlament tagħna dwar ħatra tant importanti f’pajjiżna. Il-ħatra ta’ Prim Imħallef li naturalment se jkun qed imexxi l-qrati tal-ġustizzja tagħna u kif nafu l-qrati tagħna huma waħda mit-tliet branki importanti tad-demokrazija tagħna. Hija bla preċedent ukoll għax nafu li bejn iż-żewġ paritijiet politiċi, ukoll ma’ ċertu partijiet tas-soċjetà ċivili, is-Saltna tad-Dritt kien is-suġġett li qasamna f’dawn l-aħħar xhur.
Dwar il-Prim Imħallef Mark Chetcuti il-Prim Ministru qal li huwa “bniedem magħruf għall-integrità u għas-serjeta tiegħu u għalhekk l- importanza kienet li rressqu ‘il quddiem isem b’dawn il-kwalitajiet kollha. Il-fatt li b’maturità lħaqna dan il-qbil jfisser ħafna…Ifisser li l-Gvern għandu għal qalbu s-Saltna tad-Dritt. Mhux biss dwar il-Prim Imħallef…Ilħaqna qbil dwar Mark Chetcuti imma lħaqna qbil unanimu dwar il-ħatra tal-Ġudikatura. Ilħaqna qbil ukoll dwar il-ħatra ta’ Prim Imħallef ġdid wara Mark Chetcuti jigifieri din il-ġimgħa lħaqna 3 milestones importanti ħafna.
Il-Prim Ministru qal li se ngħalqu wkoll kwistjonijiet oħra ħalli dan l-episodju tas-Saltna tad-Dritt ngħalquh b’suċċess u jkun mudell għall-pajjiżi oħrajn.
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-approvazzjoni dwar il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija.
“Bidla li xtaqt issir u saret. Kellna viżjoni li s-Saltna tad-Dritt ridna nsaħħuha…Dan il-metodu huwa fejn il-Gvern ħa jitlaq is-setgħa minn idu u minflok se jkun hemm sejħa pubblika li għaliha jista’ jipparteċipa min ikollu l-kwalifiki.”
“Jekk kulħadd juri rieda tajba hemmek ukoll nistgħu naslu għal persuna li tispira l-fiduċja fil-Korp tal-Pulizija.
Il-Prim Ministru temm jgħid li minkejja s-sitwazzjoni li jinsab fiha l-pajjiż, għandu viżjoni u din mhux se ttellifna.
“Jien għandi ħolm sabiħ ħafna għal dan il-poplu. Konvint li se noħorġu minn dan il-mument aktar b’saħħtu milli dħalna fih. Nibqa’ nappella li l-poplu jibqa warajna billi jobdi d-direttivi mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Jien irrid nara poplu Malti kuntent, poplu Malti ottimist u li ngħidu li fi ftit ġimgħat oħra nkunu nistgħu nħarsu lura lejn dak li għaddejna minnu u ngħidu Malta kienet mudell ta kif isiru l-affarijiet.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/04/05/is-sitwazzjoni-ghadha-taht-kontroll-il-pm/