Is-Sindku ta’ Amiens, fit-Tramuntana ta’ Franza, staqsiet lill-kantanta Madonna jekk il-belt tistax tissellef pittura li qabel kienet maħsuba li nqerdet.
Il-pittura hija Diana u Endymion ta’ Jérôme-Martin Langlois, u kienet esebita mill-1878, iżda intilfet matul l-Ewwel Gwerra Dinjija.
Is-Sindku Brigitte Fouré issa temmen li l-istilla rinomata tal-pop Amerikana hija proprjetarja.
Hija qalet li l-wirja ta’ din il-pittura se tgħin fid-dawl li l-belt qed tipprova ssir il-Kapitali Ewropea tal-Kultura tal-2028.
Il-pittura Diana u Endymion ġiet ikkummissjonati mir-Re Louis XVIII ta’ Franza għal kamra fil-Palazz ta’ Versailles u nxtrat mill-istat fl-1873.
Fouré qalet li l-pittura x’aktarx kienet mislufa lill-mużew ta’ Amiens mill-Louvre f’Pariġi qabel ma bdiet il-gwerra.
Il-gazzetta Franċiża Le Figaro irrapportat li l-pittura – jew waħda li kienet kważi identika – inxtrat f’irkant ta’ New York fl-1989 minn ħadd ħlief Madonna, għal €1.1m.
“Nixtieq jekk f’din l-okkażjoni tislifna l-pittura tiegħek biex in-nies tal-lokal ikunu jistgħu jiskopru mill-ġdid dan ix-xogħol u jgawduh,” qalet Fouré f’filmat li ttella’ fuq Facebook.
Żiedet li ma kien hemm l-ebda suġġeriment li l-pittura nkisbet illegalment.