Il-prosekuturi Taljani poġġew lil Domenico Lucano, is-sindku ta’ Riace, taħt arrest f’daru wara li nqabad jgħin l-immigranti sabiex jingħataw permezz jgħixu fl-Italja.
Is-sindku ta’ 60 sena organizza numru ta’ żwiġijiet bejn irġiel Taljani u immigranti nisa sabiex b’hekk setgħu jibqgħu jgħixu l-Italja faċilment. Stqarrija għall-istampa qalet ukoll li s-sieħba tiegħu Tesfahun Lemlem qed taffaċċja l-istess akkużi. Lucano laħaq sindku tal-belt ta’ Riace fir-reġjun ta’ Calabria fis-sena 2012 u sentejn ilu ġie msemmi minn Fortune bħala wieħed mill-aqwa 50 mexxej tad-dinja.
B’reazzjoni għal din l-aħbar li qajjmet għagħa fost il-poplu Taljan, il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini laqa’ dan l-arrest u ddeskrivih bħala aħbar tajba.