Roger Bowers ingħata l-piena tal-mewt wara li f’Ottubru tal-2018 qatel 11-il persuna f’Sinagoga f’Pittsburgh, l-Istati Uniti.
Dan l-attakk ġie deskritt bħala l-agħar attakk anti-Semitiku fl-Istorja moderna tal-Amerika.
Bowers kien spara fuq il-folla li kienet qed tattendi ċerimonja. Waqt l-isparatura Bowers weġġa’ seba’ persuni oħra fosthom ħames uffiċjali tal-pulizija.
Huwa ġie mixli bi 63 akkuża, fosthom li uża arma tan-nar biex joqtol diversi persuni. Waqt il-ġuri, il-prosekuzzjoni argumentat li Bowers kellu l-intenzjoni li joqtol lil dawn in-nies minħabba r-reliġjon tagħhom.
Il-ġurati kellhom qbil unanimu.