Jekk tistaqsuni minn dak li smajt hemmx każ kriminali kontra Simon Busuttil ngħid le, għax faċilment kien mazzun ta’ ħaddieħor, u ma kellux għaqal biżżejjed, u l-għira ghamlet bih. Jista’ jkun hemm provi, imma għalissa ma nemminx. Dan minħabba li ħafna nies joqgħodu jgħidu x’missu jsir lil nies “bħal dawn”. Dejjem trid tapplika r-rule of law, anke kontra l-aktar bniedem li jipprova jagħmillek ħsara.
Imma dan ma jfissirx li ma hemmx ħwejjeġ oħra li lil Simon Busuttil iġibu ma jixraqlux li jkun wieħed milli jagħżel jew japprova l-imħallfin quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl-Unjoni Ewropea. U dan ngħidu bir-raġun.
Hareġ tweet għax l-Avukat Ġenerali u nies oħra appellaw lill-Qorti Kostituzzjonali minn sentenza mogħtija mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili. Simon Busuttil qal li huwa inkredibbli kif dawn in-nies jappellaw, u qed jgħajjarhom li qed jgħajtu l-ħażen.
Kull fejn hemm sistema ta’ appell, ħadd ma jista’ jilmenta jekk in-naħa l-oħra tappella. Is-sistema ġudizzjarja tal-appell, u f’ċerti pajjiżi hemm saħansitra tlett skaluni tal-appell, tassigura ġustizzja u ħadd ma jista’ jimputa lil min jappella li hu malinn, li qed jgħin il-ħażen, li għandu l-faħam miblul. Mela m’għandux fiduċja fil-Qorti Kostituzzjonali bi tlett imħallfin ?
Umbagħad hu japprova l-imħallfin għall-Qorti supranazzjonali ?????
Hemm aktar minn hekk. Ma jixraqlux li jkun avukat, imqar bit-titlu. Niskanta kif il-Kamra tal-Avukati (mindu telaq il-Boċċa li kellu oġġetti kbar) spiċċat bla ……. Kif tista’ tħalli avukat jgħajjar lill-Avukat ieħor, li nzerta l-Avukat Ġenerali u lill-avversarji tiegħu fil-kawża ???? jew ir-regoli japplikaw biss meta wieħed juża kliem bħal dak fil-qrati biss ?
Dan hu l-bniedem li jrid li titneħħa kull korruzzjoni, kull ħaġa ħażina fl-Istat, u li hu kapaċi jnaddaf. Allura bir-rule of law skont hu, dak li jgħid hu vanġelu.
Li tinsulenta lil xi ħadd għax appella minn sentenza meta hemm dritt ta’ appell huwa nsult għar-rispett tar-rule of law.
U bir-raġunament tiegħu, ħadd minn Malta m’għandu jmur b’kawża (naturalment fi stadju ta’ appell) quddiem il-Qorti ta’ Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Kif in-nies jappellaw ? Ħażin skont Simon Busuttil. Imma jekk m’għandhomx jappellaw allura l-anqas hu ma għandu joqgħod jeżamina l-imħallfin li se jkunu f’appell fuq sentenzi minn Malta.
Aħna aħna jew m’aħniex ?