Simon Schembri, il-kuntistabbli tal-Pulizija li f’nofs Mejju li għadda kien involuti f’inċident ikrah tat-traffiku waqt il-qadi ta’ dmirijiet se jingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. F’dan l-inċident, Schembri ġarrab ġrieħi gravi fejn saħansitra tilef driegħu.
Minħabba dak li għadda minnu, huwa waqqaf The Blue Light Foundation, li hija organizzazzjoni volontarja li toffri appoġġ morali u għajnuna psikoloġika u finanzjarja lill-impegati li jaħdmu fis-setturi rispettivi f’każijiet ta’ emerġenza u l-foriz dixxiplinati li jkorru waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Fl-2013, Schembri wera d-dedikazzjoni tiegħu meta għen u eskorta sal-isptar mara tqila li kienet qed twelled u nqabdet fit-traffiku. Ġie rrapportat li t-tarbija kellha l-kurdun imdawwar m’għonqha u għaldaqstant, li kieku ma kienx għall-intervent f’waqtu ta’ Schembri, setgħet anke tilfet ħajjitha.
B’kollox tqassmu 22 midalja. B’Tonio Borg inħatar kumpan fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu, li tfisser ingħata ġieħ ir-Repubblika.
Ingħataw ġieħ ukoll eks deputati laburisti Adrian Vassallo u John Dalli, Albert Marshall u Charles Micelli.