Il-kuntistabbli tal-Pulizija Simon Schembri li f’nofs Mejju tas-sena li għaddiet kien fil-periklu li jitlef ħajtu wara li safa mtajjar waqt il-qadi tad-dmirjiet, se jerġa’ lura għax-xogħol.
F’ritratt li ttella’ fuq il-paġna tal-Korp tal-Pulizija, Simon Schembri deher maġenb il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.
Fil-messaġġ ingħad li minn għada, proprju f’Jum il-Ħaddiem, Schembri se jerġa’ lura fil-Korp u se jibda jaqdi dmirijiet fid-dipartiment tal-informazzjoni tal-Korp partikolarment bi żjajar u taħditiet fl-iskejjel.
F’nofs Mejju li għadda, Schembri tilef parti minn driegħu u għal xi ħin kien ukoll fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar u tkaxkar minn karozza waqt il-qadi ta’ dmirijietu fil-15 ta’ Mejju tas-sena li għaddiet.