Il-kuntistabbli Simon Schembri deher għall-ewwel darba fil-pubbliku b’id proteżi wara li f’nofs Mejju li għadda tilef parti mid-driegh tiegħu waqt il-qadi tad-dmirijietu.
Ritratt li ttella’ fuq il-paġna ta’ facebook tal-pulizija, wera lill-kuntistabbli Schembri flimkien mal-Kummissarju tal-pulizija Lawrence Cutajar f’attività li matulha ġew ippreżentati d-donazzjoni ta’ €2,033 f’isem Simon Schembri Blue Light Foundation li nġabru minn diversi dipartimenti tal-pulizija: l-għassa ta’ Bormla, Rapid Intervention Unit, għassa ta’ San Ġiljan, għassa ta’ Tas-Sliema , is-sezzjoni tat-traffiku u s-sezzjoni ta’ kontra t-terroriżmu u €2,000 oħra li ġew miżjuda mill-Korp tal-pulizija nnifsu.
L-għan li nġabru l-fondi kien li jgħinu lil Simon Schembri iżda wara li l-Gvern għenu direttament, il-familja Schembri ddeċidiet li twaqqaf dan il-fond biex jgħinu nies oħra fil-bżonn.