Il-kuntistabbli Simon Schembri rringrazzja lill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-għajnuna li ta lilu u lill-familtu fl-aktar mumenti iebsa f’ħajjithom.
F’nofs Mejju li għadda, is-Sur Schembri ttajjar minn ġuvni ta’ 17-il sena waqt il-qadi ta’ dmirijietu bil-konsegwenza li tilef parti minn driegħu l-leminija.
Fuq Facebook, il-kuntistabbli Schembri kiteb: F’ismi u f’isem il-familja tieghi nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill-Prim Ministru Joseph Muscat li fl-iktar mument diffiċli f’ħajti u fil-ħajja ta’ familti, b’umiltà kbira u distinta, telaq ix-xogħol indispensabbli tiegħu minn idejh, u għoġbu jisma’ l-karba tiegħi u ta’ familti u jagħti l-għajnuna kollha tiegħu”.