Nhar it-Tnejn se jkun qed jingħata l-aħħar tislima ż-żagħżugħ Rabti ta’ 24 sena, Simon Psaila.
Iż-żagħżugħ Rabti se jkun qed jingħata l-aħħar tislima nhar it-Tejn fis-14:30 ta’ wara nofsinhar fil-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat.Psaila tilef ħajtu l-Erbgħa li għadda waqt li kien qed jgħodds bin-nifs fix-Xemxija u ttella’ bla ħajja mill-baħar fiż-żona tal-Veċċja.
Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-pulizija qalu ma’ ONE NEWS li l-probabbiltà hi li Psaila miet meta kien qed jagħmel it-taħriġ tal-Apnea, teknika tal-għadds li permezz tagħha żżomm in-nifs.