Ikompli joħroġ fid-deher l-inkwiet intern fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. F’kitba oħra b’saħħitha, Simon Mercieca, kompla jitfa’ dawl fuq it-tmexxija ta’ Simon Busuttil.
Fuq l-Independent, Simon Mercieca li ħejja r-rapport tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista fl-elfejn u tlettax saħaq li Simon Busuttil huwa Kap bla sinsla.
F’artiklu li fih jelenka l-kwalitajiet u l-ħiliet li għandu jkollu mexxej ta’ partit politiku, Simon Mercieca jgħid li Busuttil m’għandux il-kuraġġ li jassumi r-responsabilità tal-aħħar telfa li ġarrab il-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali.
Dan f’reazzjoni li għamel Busuttil innifsu meta mal-Independent farfar mir-responsabilità u waħħal fil-Kummissjoni li analizzat it-telfa tal-elezzjoni tal-elfejn u tlettax.
Busuttil kien qal li membri minn din il-Kummissjoni kienu ngħataw karigi għoljin fil-Partit Nazzjonalista u allura kienu responabbli huma li jwettqu ċertu riformi fil-Partit.
Kritika ħarxa fil-konfront tal-Kap Caretaker Nazzjonalista kienet għall-fatt li dan attakka lill-Imħallef Antonio Mizzi.
Iżda tul l-artiklu, Simon Mercieca uża kliem iebes ukoll fil-konfront ta’ A
Perici Calascione li sa issa kien l-inqas wieħed li spiċċa taħt attakk mill-establishment Nazzjonalista, ġie kkritikat mill-aħħar kitba ta’ Simon Mercieca.
Perici Calascione li jidher li jmur tajjeb ferm ma’ Simon Busuttil, tant li qed ikun qrib tiegħu dejjem, semma l-bidliet li jrid jara fl-amministrazzjoni tal-Partit.
Hawnhekk Simon Mercieca tefa’ dawl fuq il-kummenti surreali ta’ Perici Calascione u qal li dan kien parti mill-amministrazzjoni li ġabet ir-riżultat diżastruż fl-aħħar elezzjoni.
Fuq l-Independent, Mercieca jgħid ukoll li l-AŻAD falliet bil-kbir fl-irwol tagħha li tipprovdi ideat ġodda fil-Partit, anki bl-aħħar attakki li c-chairman tal-AŻAD, David Griscti għamel fuq kontestant ieħor, Adrian Delia.
Intant Simon Mercieca temm l-artiklu b’parir għall-Partit Nazzjonalista li għandu jeħles minn nies li wrew arroganza liema bħala.
F’botta ċara lejn il-Kap care taker Simon Busuttil sejjaħlu, “bad loser” u “giddieb perikoluż”.