Minkejja l-pressjoni interna li qed jaffaċja wara li għaffiġha, Simon Busuttil qed jibqa’ jagħmel ta’ rasu u jkompli jqabbel lil Prim Ministru Joseph Muscat ma’ Nigel Farage, l-ex mexxej tal-partit tal-UKIP li mexxa l-kampanja biex ir-Renju Unit joħroġ barra mill-Unjoni Ewropea.
Fuq is-Sunday Times, Simon Busuttil reġa’ qabbel lil Joseph Muscat ma’ Farage, bil-kliem ‘much like Farage himself’. Dan anke jekk fil-Parlament nhar it-Tnejn prova jagħti l-impressjoni li jaqbel mal-Prim Ministru u l-pożizzjoni li ħa dwar il-vot Brexit.
Fl-artiku Busuttil kompa jiftaħ l-attakki fuq il-Prim Ministru meta uża l-frazi ‘ewro-realist’. Skont Busuttil hi frazi li li tiddefinixxi lil dawk li huma akkost ta’ kollox kontra l-Unjoni Ewropea. ‘Same tag Brexiters used for themselves’ qal Busuttil.
Il-Frazi ‘ewro-realist’ intużat f’kuntest, wara summit li ddiskuta l-vot Ingliz. Frażi li kif spjega l-Prim Ministru tfisser li meta wieħed jikkritika l-Unjoni Ewropea ma tkunx ewro xettiku imma ewro realist. Fl-artiklu, Busuttil kompla jattakka lil Joseph Muscat għax sejjaħ l-Unjoni Ewropea elitista, Unjoni Ewropea ‘l bogħod miċ-ċittadin.
Argument li dwaru l-Prim Ministru dejjem sostna li għall-kuntrarju ta’ li qed jiġri fl-Unjoni Ewropea, dan il-Gvern jara li jibqa’ viċin il-poplu, li l-familji jgħixu komdi, li jkun indirizzat il-faqar u li jinħoloq iktar xogħol.