Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, deher iċapċap lid-deputat indipendenti meta fil-Parlament, Marlene Farrugia, qamet titkellem biex tgħid li Moody’s mhux kredibbli.
B’referenza għall-Moody’s, Owen Bonnici irrimarka kif irrappurtat li din l-amministrazzjoni qed tiġġieled il-korruzzjoni. Dan fil-jum li Moodys’ reġgħet tat marki tajbin lill-Malta f’setturi differenti. Dlonk instemgħet iċ-ċapċipa ta’ Simon Busuttil bl-Oppżozzijoni Nazzjonalista wkoll jidher li m’għandniex fidċuja f’din l-istituzzjonijiet internazzjonali.
Hawnhekk, il-Ministru ġibed l-attenzjoni li l-Kap tal-Oppożizzjoni lanqas f’din l-istituzzjoni m’għandu fiduċja għax qed iċapaċap għall-kritika li għamlet id-Deputata Parlamentari Marlene Farrugia.