Simon Busuttil illejla żvela kif iħares lejn il-politika. Viżjoni li sa mill-bidu nett nistgħu insejħulha stramba, negattiva, u riflessiva tal-firda massiċċa li fi ħdan il-PN. Qal li meta sar kap tal-Partit Nazzjonalista, ħassu qisu daħal f’kamra mudlama u magħluqa, fejn hemm ġlied kbir, firda kbira, u malli tiċċaqlaq, tagħfas fuq it-tajn.
Illum il-ġurnata, qal Simon Busuttil f’Ħaż-Żebbuġ, il-Partit Nazzjonalista qed jiżra l-għaqa. Minn dalgħodu ‘l hawn, però, għalkemm staqsejnieh, għadu ma qalx kelma kontra l-mod li bih Ann Fenech flaġellat isem Malta mal-mezzi tax-xandir internazzjonali.
Qal li l-Partit Nazzjonalista llum huwa forza tar-raġuni… u bħala eżempju ta’ raġunar tajjeb semma lil Marlene Farrugia.
Reġa qal li l-PN se jgħin lil dawk li l-aktar għandhom bżonn. Dan meta Simon Busuttil irid jagħti aktar lil min jaqla iktar. Għall-kuntrarju, Joseph Muscat issa qed jistinka biex jgħin l-aktar lil dawk li jaqilgħu l-inqas.
Semma lil min jaqla’ €20,000 paga bħala eżempju. Iżda filwaqt li min jaqla €20,000 ser jagħtih €1,185, min jaqla €15,000, jiġifieri inqas, se jagħtih €345. Lil min jaqla €5,000 aktar minn xi ħadd fuq qligħ medju, ser jagħtih tax benefit tliet darbiet u nofs il-beneficcju li ser jaghti lil dak fuq qligħ medju. Kunċett li jmur kontra l-ġustizzja soċjali.
Fuq tema differenti, qal li l-verità tirbaħ, wara li tefa’ kemm felaħ tajn fil-konfront ta’ mart il-Prim Ministru, mingħajr ma ressaq prova waħda.
Busuttil temm jgħid li iġri tasal l-elezzjoni, għax in-nies jixtiequ ‘ikaxkru lil Joseph Muscat ‘l barra’.