Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, se jkun ma’ Marlene Farrugia dwar il-mozzjoni li ressqet biex tisfiduċja lill-Keith Schembri. Fi stqarrija, li ma kinetx sorpriża, intqal li “l-Oppożizzjoni se tkun qed tivvota favur il-mozzjoni li d-Deputat Marlene Farrugia ressqet illejla fil-Parlament. Din il-mozzjoni ssejjaħ biex il-Prim Ministru Joseph Muscat jesiġi r-riżenja taċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri.”
Skont il-Partit Nazzjonalista l-pożizzjoni ta’ Keith Schembri ilha mhux tenibbli għal dawn l-aħħar 10 ġimgħat u fl-istqarrija rrepetew stqarrijiet miċħuda li dwarhom hem ċaħdiet ċari.