Dalgħodu Simon Busuttil qal li l-baġit li ġej li ser jqassam il-ġid li pajjizna b’suċċess qed joħloq, huwa devjazzjoni.
Fi stqarria l-Partit Laburista nnota li bl-istess mod, Busuttil qal li hu wkoll devjazzjoni l-każ li ħareġ fuq il-Malta Today li fih jissemma Beppe Fenech Adami.
Simon Busuttil għal darb’oħra qed ikun negattiv, din id-darba fuq baġit li għadu lanqas biss tħabbru l-miżuri tiegħu.
Dan juri kemm Simon Busuttil hu bitter u maqtugħ min-nies, magħluq fl-establishment politiku tiegħu u ma jistax ikun jaf x’inhuma l-aktar affarijiet importanti fil-ħajja tan-nies u li ser jiġu indirizzati fil-baġit li ġej.