Meta kien imexxi ċ-ċentru informazzjoni Malta Unjoni Ewropea, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ta konsulenzi lill-kumpanija Europea Research & Consultancy Services (ERCS).
Busuttil kien sieħeb f’din il-kumpanija, li matul is-snin baqgħet tieħu għadd kbir ta’ konsulenzi mingħand gvernijiet Nazzjonalisti.
Dan it-tagħrif jirriżulta minn mistoqsija tad-deputat Silvio Schembri li wieġbet il-Ministru Helena Dalli. Ir-risposta kixfet kif fost il-konsulenti mħallsa li kellu Busuttil, kien hemm Daphne Caruana Galizia.
Il-konsulenza li ngħatat lil din il-kumpanija kienet marbuta mal-oqsma tal-inbid u l-ħut u bħal fil-każ Caruana Galizia mhux magħruf jekk din ingħatatx b’direct order jew sejħa għall-offerti.
F’dan il-każ ERCS ħadet mat-€12,000. Għalkemm konsulenzi fi żmien gvernijiet differenti nazzjonalisti ħadet mal-miljun ewro.