Illum kien imiss li l-Kap tal-Oppożizzjoni jisfiduċja x-xogħol tal-Awtorita’ tax-Xandir u jgħid li se jkeċċi liċ-Chairperson tal-Awtorità mingħajr notice.
Wara l-isfiduċja fil-Pulizija, fl-Armata, fit-tmexxija u l-ġurnalisti tal-PBS, fil-ħaddiema tal-Enemalta, fil-ħaddiema tal-Awtorità tal-Ippjanar, fil-ħaddiema tal-ERA, fil-ħaddiema tal-Isptarjiet tagħna, fl-investituri Maltin u barranin, issa kien imiss li jisfiduċja l-Awtorità tax-Xandir.
Il-Partit Laburista qal li ma jagħtix tort lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin jistaqsu min se jkun imissu li jitkeċċa jekk jingħata fiduċja Busuttil. Il-futur ta’ kulħadd huwa mhedded b’Simon Busuttil. Għalhekk in-nies mhux se jreġġgħu l-arloġġ lura. Minflok Simon Busuttil iżomm lil Toni Bezzina, Beppe Fenech Adami, Tonio Fenech, George Pullicino u Jason Azzopardi.