Wara li lbieraħ għajjar lill-kulleġġ tal-Kummissarji Ewropej korrotti, fosthom membri li ġejjin mill-istess EPP li jappartjeni fih il-Kap tal-Oppożizzjoni, wara li ġie approvat il-proġett tal-enerġija, il-Partit Laburista staqsa jekk Simon Busuttil hux se jkun qed jagħmel l-istess fis-summit li se jorganizza hawn tal-Partit Popolari Ewropew?
Il-Partit Laburista qal li d-dagħdiha li għandu bħalissa ta’ xi ħadd li għax ma leħaqx l-għeneb u jgħid li hu qares, għax ma fadalux argumenti x’jagħmel, waslet biex ilbieraħ attakka lill-Kummissjoni.
“Wieħed irid jistenna jekk imissx l-istess xorti lil membri oħra tal-EPP li se jiġu f’Malta għal dan is-summit” stqarr il-Partit Laburista.