F’preżentazzjoni lill-imsieħba soċjali min-naħa tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil qal li se jipprivatizza lis-servizz pubbliku kif ukoll li se jkeċċi n-nies minn mal-Gvern.
Dan spjegah il-Prim Ministru Joseph Muscat fid-diskors tiegħu fiċ-Ċentru Laburista, Ħal Għaxaq, fejn huwa fakkar ukoll kif Simon Busuttil ddeċieda waħdu li ġejja l-elezzjoni.
Simon Busuttil huwa biss negattiv u moħħu biex jiftaħ front fuq kollox, anke fuq temi li fuqhom hemm qbil.
“Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li jrid jagħti l-vot lill-żgħażagħ ta’ 16 –il sena. Aħna se nkunu qed nistudjaw u nikkonsultaw man-nies għax m’għandiex mandat biex nagħmlu dan minkejja li jien naqbel”
Joseph Muscat tkellem sa mill-bidu nett fuq li żgħażagħ ta’ 16 –il sena jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u anke f’dawk Ġenerali, u kien propju l-ewwel Gvern li ta d-dritt tal-vot lill-żgħażagħ ta’ dik l-età biex jivvutaw fl-aħħar elezzjonijiet lokali f’dak li kien sejjaħ bħala l-ewwel pass.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega kif il-Kap tal-Oppożizzjoni tant jaqbel ma’ din il-proposta li ma nkludijihex fiż-żewġ manifesti li kiteb.
“Bl-istess mod fuq it-tneħħija tal-libell kriminali, jekk tant jaqbel miegħu kif ma semmihx fil-manifesti li kiteb?”staqsa Dr Muscat filwaqt li qal kif dan il-Gvern kien ippropona din it-tneħħija 4 snin ilu fil-manifest elettorali.